Ħafna minnkom tbattlu ż-żejt tat-tuna fis-sink … tafu x’jiġri?

 Ħafna minnkom tbattlu ż-żejt tat-tuna fis-sink … tafu x’jiġri?

Hija drawwa komuni li malli niftħu landa tat-tonn taż-żejt, inbattlulha ż-żejt u l-ilma tagħha fis-sink biex imbagħad inpoġġu t-tuna nnifisha fuq platt.

Dan huwa ħażin ħafna. Huwa tajjeb għall-plumbers, għax maż-żmien ikollok issejjaħlu, imma mhux tajjeb għas-sistema tad-drenaġġ.

Iż-żejt tat-tonn taż-żejt huwa oħxon u jikkawża konġestjoni fis-sistema tal-pajpijiet, tant li ftit ftit, inutli tkun ftaħt l-ilma wara għaliex jeħel sew.

is-sit viveregreen.com jispjega li ż-żejt trid titfgħu ġo kontenitur apposta u titfa’ miegħu likwidu tas-sapun biex is-saħħa taż-żejt titkisser. Trid tħallieh għal ftit ħin biex dan il-proċess isir. Dan għandu jkun il-pass qabel imbagħad tiflaxxjah. Importanti wkoll li l-landa tat-tonn, naħsluha sew qabel niddisponu minnha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com