X’tagħmel meta tinsa jekk ħadtx il-pilloli tal-medikazzjoni jew le?
Kemm tiġrilna! Mhux lill-anzjani biss, imma lil kulħadd. Jeżsitu kaxxi żgħar bil-ġurnata mmarkata fuqhom u anke l-ħin, u dawn jgħinuk ħafna tiftakar u tinduna ħadthomx jew le. Imma mhux kulħadd jużaħhom jew għandu.
Forsi l-loġika tgħidlek li jekk m’intix ċert, aħjar taqbiżhom milli tieħu doża doppja. Din twassal għal problemi kbar f’saħħtek.
Madanakollu, aħna m’aħnhiex professjonisti u dejjem nissuġerixxu li tieħdu parir mediku professjonali.
Biss, ejja ngħidu li sar il-ħin billejl, tiddejjaq iċċempel lit-tabib dak il-ħin … hija raġunata li aħjar taqbiżhom?
Suġġett interessanti li juri sitwazzjoni li tista’ tiġri lil kulħadd u rari nsibu jew nisimgħu diskussjonijiet dwarhom.
Aħna minn Stradarjali.com, komessi li nqajmu diskussjonijiet b’saħħithom biex flimkien, nedukaw ruħna.