Fir-ristoranti f’pajjiżna, ma npejpux … imma l-istaff x’jagħmel fil-kċina?

 Fir-ristoranti f’pajjiżna, ma npejpux … imma l-istaff x’jagħmel fil-kċina?

Mhux se jgħoġob lil kulħadd dan l-argument imma iva, huwa reali.

Liġi lura fiż-żmien kienet iddettat li ma jistax isir tipjip fir-ristoranti jew imkejjen pubbliċi imma fuq ġewwa. Mhux kull pajjiż għandu l-istess konformità. F’ħafna pajjiżi tal-Punent għad hemm bosta mkejjen fejn li tpejjep ġewwa huwa normali.

Qabel, anke fuq l-ajurplan kien isir tipjip. Immaġinaw!

Imma la hemm il-liġi, u li nemmnu li hija raġonevoli, (għax meta tpejjep ġewwa qed iġġiegħel lil ħaddieħor kważi kważi jpejjep miegħek bid-duħħan), għaliex ma tkun segwita kif suppost?

Spiss ikun hawn każini li l-barmen tagħhom jaċċettaw li dak li jkun ipejjep ġewwa.

Jiġri wkoll li jkun hemm mumenti fejn anke l-istaff ġo ritsorant jitħalla jpejjep fil-kċina! Nikkoreġu ruħna, ipejjep ġewwa mhux għax jitħalla. Jeżistu xenarji differenti.

Imbagħad, tingħata multa u noħduha kontra dak li jkun.

Huwa raġunar tajjeb dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com