Bodybuilder ta’ 65 sena tgħidilna x’inhuma l-aħjar eżerċizzji li nistgħu nagħmlu

 Bodybuilder ta’ 65 sena tgħidilna x’inhuma l-aħjar eżerċizzji li nistgħu nagħmlu

Leslie Maxwell għandha 65 sena u hija fitness trainer u bodybuilder. Hi temmen ħafna li l-età huwa fattur irrelevanti fil-vjaġġ ta’ persuna li tixtieq tieħu saħħitha aktar bis-serjetà. Hi bdiet titrasforma ġisimha meta għalqet 49 sena permezz ta’ taħriġ għas-saħħa. Dan l-eżerċizzju baqa’ jgħinha żżomm is-saħħa anke issa li laħqet il-65 sena.

Hi ssostni li l-agħar ħaġa li jistgħu jagħmlu persuni li għandhom aktar minn 40 sena meta jmorru l-gym huwa li jiffukaw biss fuq eżerċizzji cardio, filwaqt li ssostni li huwa importanti mmens li dawn jiffukaw fuq eżerċizzji li jżidulhom is-saħħa. Biex tibda dan it-tip ta’ taħriġ, Maxwell tissuġġerixxi li dak li jkun isib personal trainer li tispeċjalizza fit-taħriġ tal-adulti li għandhom aktar minn 40 sena.

Hi tirrakkomanda dawn l-erba’ tipi ta’ eżerċizzji:

  1. Squats: moviment funzjonali li jista’ jsir ukoll biż-żieda ta’ barbell jew dumbbells.
  2. Lunges: moviment ieħor funzjonali li jħaddem diversi gruppi ta’ muskoli.
  3. Push-ups mal-ħajt: alternattiva ftit iktar faċli mill-push-ups li jsiru mal-art u li tgħinek issaħħaħ il-parti ta’ fuq u l-parti ċentrali tal-ġisem.
  4. Rowing jew lateral pull-downs: dawn jgħaqqdu t-training cardio mas-saħħa għall-parti ta’ fuq u l-parti ċentrali tal-ġisem.

Sabiex wieħed jara r-riżultati mixtieqa, Maxwell tissuġġerixxi li dawn l-eżerċizzji għandhom isiru mal-erba’ darbiet fil-ġimgħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com