Ħin ħin. Spiss tingħata ħin għal laqgħa, kors, attività u jinqabeż … x’titlob l-etika?

 Ħin ħin. Spiss tingħata ħin għal laqgħa, kors, attività u jinqabeż … x’titlob l-etika?

Il-ħin huwa prezzjuż. Iżjed u iżjed fid-dinja tal-lum fejn ilkoll ninnutaw li donnu qegħdin f’ġirja kontrieh. Mhux se nidħlu fil-każ li nitkellmu dwaru spiss, jiġifieri li l-ħajja qasira allura gawdi wkoll. Imma l-punt tal-irġulija!

Jiġri spiss, li tingħata ħin u ma jinżammx. Dik storja għaliha. Mhux sew!

Iżjed minn hekk, ikun hawn anke korsijiet (Lectures, korsijiet onlajn) li jkollhom ħin stipulat eżempju bejn il-5pm u t-8pm u mbagħad jibqgħu għaddejjin wara. Minkejja li tapprezza li dak li jkun qed itik iżjed minn ħinu, xorta waħda dan huwa dibatibbli. Bniedem kapaċi jkollu appuntament wara għax ikun sar minħabba li suppost il-ħin maqbuż huwa ħin liberu. Iżda jiġri wkoll, li jekk int titlaq mill-kors, tidher ikrah inti minn fuq.

Allura l-argument jiġi; il-ħin għandu jinżamm. Inkella tgħid xejn fuq il-persuna li kellha titlaq. Il-ħin għadda.

Din tiġri spiss. Tiġri mhux biss mil-lettur li qed jagħti l-kors imma anke mill-istudent innifsu li forsi jaġixxi b’mod egoist għax ma jkollux x’jagħmel ħlief dak li qed jagħmel fil-mument. Ejja ngħidu li jkun ħa interess, imma l-ħin irid jinżamm, inkella iva, xorta qed tkun egoist u żżomm lil ħaddieħor.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com