M’hemmx x’tagħmel! Malta ma tgħaddix għall-finali tal-Eurovision
Xi kultant ngħaddu u xi kultant le…m’hemmx x’tagħmel! Nieħdu paċenzja. Dejjem hemm sena oħra. Ngħiduha kif inhi Sarah Bonnici kellha prestazzjoni sabiħa ħafna u għandna għalxiex inkunu verament kburin.
Issa ma nibdewx ngħidu messna ma nipparteċipawx. Kulħadd jaf li meta tipparteċipa jfisser li tista’ tgħaddi, tista’ ma tgħaddix u tista’ tikkwalifika għoli jew baxx. Din is-sena ġiet hekk!
Min għadda għall-finali tal-Eurovision waqt is-semifinali tal-lejla?
- Il-Greċja rrappreżentata minn Marina Satti bil-kanzunetta ZATTI
- L-Iżvizzera rrappreżentata minn Nemo bil-kanzunetta The Code
- L-Awstrija rrappreżentata minn Kaleen bil-kanzunetta We Will Rave
- L-Armenja rrappreżentata minn LANDANIVA bil-kanzunetta Jako
- Il-Latvja rrappreżentata minn Dons bil-kanzunetta Hollow
- Il-Ġorġja rrappreżentata minn Nutsa Buzaladze bil-kanzunetta Firefighter
- L-Estonja rrappreżentata minn 5MIINUST x Puuluup bil-kanzunetta (nendest) narkootikumidest ei tea me (küll) midagi
- L-Iżrael irrappreżentat minn Eden Golan bil-kanzunetta Hurrican
- In-Norveġja rrappreżentata minn Gate bil-kanzunetta Ulveham
- L-Olanda rrappreżentata minn Joost Klein bil-kanzunetta Europapa