Qatt tkun mexjin, tinnutaw affarijiet u tistaqsu x’kienu?

 Qatt tkun mexjin, tinnutaw affarijiet u tistaqsu x’kienu?

Din hija eżempju minnhom; ir-Rota. Hija karatteristika antika li turi sitwazzjonijiet tal-passat, xi ftit ta’ swied il-qalb.

Kienet mekkaniżmu li jintuża biex fih jitpoġġew trabi tat-twelid li ma kinux iriduhom. Dawn it-trabi kienu jissejħu ‘creature gettate’.

Iċ-ċilindru tond tal-injam kien jiddawwar sakemm tidher il-parti miftuħa, it-tarbija titpoġġa fih u jerġa’ jiddawwar. Hekk it-tarbija ssib ruħha ġol-isptar ta’ Santu Spirtu.

Fl-istess ħin kienet tindaqq il-qanpiena biex bħal tinnotifika lis-servjenti li tpoġġiet tarbija u tkun tista’ tiddaħħal ġewwa.

Għalkemm forsi bla ma rridu naraw dan l-att xi ftit ikrah, irridu niftakru ż-żmien marbut ma’ dan il-mekkaniżmu fejn f’pajjiżna kien hawn faqar kbir u forsi l-persuna kienet tagħmel din l-azzjoni, kienet tirraġuna li t-tarbija kien se jkollha futur aħjar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com