Id-DANUSAN se jtuha għall-isparar?

 Id-DANUSAN se jtuha għall-isparar?

Mil-lum, Daniel u Sander u sħabhom se jkunu qed iwasslu programm televiżiv ġdid; SHOOTER.

Minkejja l-isem, id-DANUSAN mhux se jintefgħu jisparaw. Minflok, se jkunu qed jagħtuna grokk (għalhekk “SHOOTER”) forma ta’ programm ta’ ħames minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd, mimli satira u komiċità fuq affarijiet attwali. Id-DANUSAN jafu x’għandhom jagħmlu biex iwaqqgħu l-affarijiet għaż-żufjett u jaqsmuna bid-daħq!

Il-programm jibda mil-lejla fuq ONE, mit-8:35pm u s-sabiħ tiegħu huwa li jkun live. Żgur li se jkun qed jolqot il-musmar fuq rasu dwar dak kollu li jkun qed jiġri madwarna, anki dakinhar stess. Niltaqgħu bosta personalitajiet magħrufin u oħrajn ġodda li, flimkien mad-DANUSAN, idaħħquna kif jafu huma!

Tridu tispiċċaw il-ġurnata bit-tajjeb u tinsew xi ftit l-istress tax-xogħol u dak kollu li ġġib magħha l-ġurnata? Poġġu bilqiegħda quddiem it-televixin fit-8:35pm, dawrulu fuq ONE u ħallu f’idejn Daniel u Sander u sħabhom biex, bis-saħħa tal-programm SHOOTER, iħawrulkom is-serata.

Tistgħu taraw teaser tal-ewwel episodju billi tagħfsu hawn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com