X’għandek tagħmel jekk tirċievi scam message?

 X’għandek tagħmel jekk tirċievi scam message?

Kif nafu hija ħaġa komuni li minn żmien għal żmien nirċievu messaġġi kemm fuq il-kompjuter kif ukoll fuq il-mowbajl li ma nkunux nafu eżattament l-oriġini tagħhom, jew jekk jintbagħtulna minn nies li nafu mill-ewwel idaħħlulna ċerti dubji dwar jekk għandniex niftħuhom jew le.

Kif tagħraf lil dan il-messaġġi scam?

  • Ma tkunx taf min bagħathom – dan mill-ewwel għandu jgħinek tifhem li trid toqgħod attent ħafna qabel ma tiftaħ il-messaġġ u tagħfas il-links li jkun hemm fih;
  • Is-sens ta’ urġenza – meta tiġi mqiegħed taħt pressjoni biex tiftaħ il-messaġġ immedjatament għandu jqajjem fik mill-ewwel ċerti suspetti. F’dan it-tip ta’ messaġġi jkun hemm il-wegħda ta’ xi somma flus jew profitti kbar, jew inkellha it-theddida ta’ xi penali li trid titħallas. Mela qabel ma tagħfas ċerti buttuni qis li tkun ħsibt u fhimt eżattament min qed jibgħat u għal xiex qed jistaqsi eżattament;
  • Kliem miktub ħażin u grammatika żbaljata – jekk f’messaġġ ikun hemm bosta żbalji ortografiċi u grammatikali, alluri din tista’ tkun indikazzjoni li hu messaġġ scam. Dan l-iscammers jagħmluh apposta biex ma jiġux interċettati minn filters apposta kontra dawn it-tip ta’messaġġi.

X’tagħmel jekk tirċievi messaġġ scam?

  • Tħallix is-sens ta’ paniku jaħkmek, iktar u iktar jekk tkun qed tuża Google, Outlook jew simili;
  • Tagħfasx il-link jew attachment li jintbagħtulek fil-messaġġ;
  • Ara li ma tagħmilx dak li jitolbok il-messaġġ, bħal iċċempel fuq xi numri partikolari jew tibgħat xi text message speċifiku;
  • Tweġibx lura lil dawn it-tip ta’ messaġġi għax b’hekk tkun qed turihom li l-email tiegħek hu attiv;
  • Għandek tħassar minnufih messaġġi scam bħal dawn;
  • Jekk tirċevihom regolarment irrapporta jew lit-team tal-IT tad-dipatiment fejn taħdem, lis-service provider li tinqeda bih biex tibgħat l-email tiegħek, jew inkella lill-awtoritajiet ikkonċernati;
  • Fil-kuntest Malti nistgħu nikkuntattjaw saħansitra lis-Cyber Crime Unit, Pulizija ta’ Malta, numru tat-telefown 22942231 jew email: [email protected];
  • Idea tajba ferm oħra hija dik li ttejjeb u taġġorna dejjem is-sistema tas-sigurtà tal-email tiegħek.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com