Il-Kaċċa għall-Parking f’Malta: L-Isport Nazzjonali

 Il-Kaċċa għall-Parking f’Malta: L-Isport Nazzjonali

Malta, il-gżejjer fejn il-pastizzi huma abbundanti imma l-parkeġġ huwa bħal xi leġġenda mitika. Kuljum, eluf ta’ nies jitilqu fil-ġungla tat-traffiku b’tama li jsibu dak li jista’ jkun l-aħħar spazju vojt fil-pajjiż.

Tipprattika għall-Isport

Jekk trid tkun kompetittiv f’dan l-isport nazzjonali, il-preparazzjoni hija kruċjali. Trid tkun taf ir-regola? Qatt stenna l-ħniena. Iftaħ għajnejk u ara lil dawk li taparsi se jitilqu, imma fl-aħħar jimxu għal ħanut ieħor. Għall-aqwa strateġija, tgħallem it-teknika tal-“Parking Bluff”: toqgħod mal-ġenb, tippretendi li għadek qed tħares il-Google Maps, waqt li fil-fatt qed tistenna l-ewwel waħda titlaq.

 

Tips mill-Professjonisti

Taf lil xi Joe?

Jekk għadek ma tafx lil xi Joe, aħjar issib wieħed. Dawn l-eroj lokali li dejjem jafu fejn hemm parkeġġ. Normalment, għandhom xi “post riservat” moħbi, bħallikieku għandhom mappa sigrieta.

 

Tinvesti f’Rota li tintrewa:

Post vojt fil-Belt? Le, impossibbli! Għalhekk, ħu rota żgħira ġol-karozza tiegħek. Ipparkja barra l-Belt, u idħol bir-rota, u b’hekk tevita li tiġi diskuss fuq xi grupp bħal ‘Are You Being Served‘ fuq parkeġġ ħażin.

 

“Hawn se jkolli nħalliha…”

Ma sibtx post? Ibqa’ għaddej bil-mod, bħallikieku qiegħed tara xi ħaġa interessanti fuq in-naħa tat-triq. Jekk xi ħadd jibda jgħajjat warajk? Aqbad xejjer idejk, kellmu b’lingwa ivvintata taparsi int barrani, stennih jġħidlek bonġu jew xi ħaġa fuq ommok jew kemm għandek.. u relax, għaddiet.

 

Ir-Rebbieħa huma tal-Muturi

Parkeġġ? Traffiku? X’inhuma dawn? Il-veru rebbieħa huma dawk in-nies bil-muturi, traffiku u parkeġġ bla problemi. Investi f’wieħed! Dejjem fil-ħin… u parking? Sib xaqq u daħlu feles x’imkien. U kif tasal għax-xogħol, tisma’ l-kulħadd igerger kemm dam, u int għadek tqum kwarta ilu u diġa qed tieħu bala’ te fil-‘canteen’ tax-xogħol.

 

Fl-aħħar nett biex inkunu ftit pożittivi, il-parkeġġ u traffiku f’Malta huma wkoll mezzi li jistgħu jgħallmuna d-dixxiplina u kif ukoll l-paċenzja! Affarijiet li m’għadekx issib bil-qabda.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com