Bernard Grech Isejjaħ Il-Miżuri Fil-Budget Bħala Kosmetiċi

 Bernard Grech Isejjaħ Il-Miżuri Fil-Budget Bħala Kosmetiċi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sejjaħ bħala kosmetiċi miżuri li tħabbru t-Tnejn li għadda fil-Budget għas-sena d-dieħla.

Dr Grech qal dan fuq programm li ttella’ dalgħodu fuq il-midja tal-Partit Nazzjoanlista. Huwa qal li l-problema tal-Partit Laburista hija li dejjem jara sal-ponta ta’ mnieħru u bbaża l-ekonomija tiegħu fuq il-kostruzzjoni, il-konsum, in-numru. Qal li din l-istrateġija xi darba kellha tfalli u ma fallietx minħabba l-pandemija għax qal li s-sena li għaddiet, l-ekonomija diġà kienet qed turi tnaqqis u żieda fil-persuni jirreġistraw għax-xogħol. Qal li l-pandemija splodiet aktar il-problema u l-Gvern qed juri li m’għandux strateġija oħra ħlief dik tal-konsum.

Qal li malli nfaqgħet il-bużżieqa u t-toqba bdiet qabel il-pandemija, il-Gvern baqa’ ċass u mar għal strateġija ta’ issa għal issa. Bernard Grecha qal li jista’ jfaħħar u jgħid proset, iżda l-Oppożizzjoni għandha obbligu li fejn il-Gvern jonqos, l-Oppożizzjoni tiftaħlu għajnejh kif se jkun qed jagħmel għada fir-replika tiegħu tal-Budget. Qal li se juri lill-Gvern li jista’ jagħti pjani serju, kredibbli u li jagħti lill-pajjiżna tama.

Huwa ta x’jifhem li n-nies għalkemm jieħdu pjaċir bil-vouchers, mhumiex kuntenti bihom għax qal li fl-aħħar mill-aħħar in-nies se jkunu għadhom fil-piż u fil-madmad tas-sitwazzjoni preżenti. Qal li nies bħal għalliema, infermiera, careworkers u drivers ma ġewx imwieżna u l-miżuri li għamel il-Gvern huma kosmetiċi. Dan meta skont Grech il-Gvern seta’ individwa lil dawn is-setturi li mingħajrhom l-ekonomija mhux biss ma tibqax b’saħħitha imma titkisser u ma tistax tirriġenera ruħha.

Qal li għada se jispjega wkoll għalfejn il-bilanc bejn is-saħħa u l-ekonomija li qed jitkellem dwaru l-Gvern jista’ jkun perikoluż.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com