“11-Il Sena Ilu Kont Nistudja Meta Rċevejt L-Agħar Aħbar Ta’ Ħajti” – Il-Ministru Clint Camilleri
“Ħdax-il sena ilu kont nistudja Kentucky, USA, meta rċivejt l-agħar aħbar ta’ ħajti”, kiteb ilbieraħ il-Ministru Clint Camilleri fuq il-midja soċjali tiegħu.
Tenna li propju ftit siegħat qabel, kien irċieva messaġġ mingħand l-għażiż missieru Anton għaliex kellu l-eżamijiet fil-qrib. Il-messaġġ kien jgħid:
“My son, you will make it, I have faith in you, goodluck, love you.”
Il-Ministru Camilleri bħal donnu fetaħ qalbu u qal: “Mur għidli kemm kienu ħa jkunu jfissru għalija dawn l-aħħar kelmiet.”
Kuraġġ Ministru.
Ritratt: Facebook/ Clint Camilleri