Jappellaw Lis-Sindki Ta’ Wara L-Mina Biex Jingħaqdu B’Vuċi Waħda Kontra L-Iżvilupp Fl-Għadir

 Jappellaw Lis-Sindki Ta’ Wara L-Mina Biex Jingħaqdu B’Vuċi Waħda Kontra L-Iżvilupp Fl-Għadir

Grupp ta’ attivisti qed jiġġieldu qatigħ biex isalvaw l-unika żona li toffri arja pura li jservi ta’ divorzju bejn ħames irħula, iż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop, l-Imqabba u l-Qrendi.

L-Għadir huwa proprju din iż-żona, li jitqies bħala parti mill-wirt naturali u ambjentali li qed jagħti identitá rurali lil din iż-żona. Maħbub u apprezzat minn bosta ċittadini fejn saħansitra lura f’Mejju r-residenti ħarġu jipprotestaw kontra permess li kien se jeqred parti sostanzjali mill-Għadir. Wara li saret din il-pressjoni, l-istess permess kien ġie rtirat.

Iżda proprju tul dawn l-aħħar jiem, l-istess residenti reġgħu lemħu attivitá fuq il-post – xi ħaġa li r-residenti huma ferm konxji u għassa għal dak li qed jiġri.

Dan hekk kif huma ma jridux li jitilfu l-unika nifs ta’ arja naturali li fadlilhom fiż-żona u għalekk ma jixtiqux li jkun tard wisq meta jitkellmu.

Għalekk il-paġna ‘Save L-Għadir ODZ’, pjattaforma li toffri vuċi lil dawn ir-residenti, qed tappella lis-Sindki ta’ wara l-Mina biex flimkien jingħaqdu b’vuċi waħda biex isalvaw l-unika żona u sors naturali li hemm. Dan hekk kif jekk tintilef din iż-żona u tinbena, jispiċċaw belt urbana waħda.  Spjegaw kif il-Kunsill taż-Żurrieq u ta’ Ħal Safi, b’mod partikolari s-Sindki u s-Segretarju Eżekuttiv huma ferm konxji ta’ dan u huma wkoll ferm attivi.

Għalekk huma jridu lill-kumplament tal-Kunsilli ta’ dik iż-żona flimkien mas-Sindki jingħaqdu u joħolqu pressjoni biex din iż-żona ma tintmissx.

It-teritorju jaqa’ fil-konfini taż-Żurrieq, iżda dan il-Kunsill m’għandux ir-riżorsi allokati biex jipproteġi kif sippost dan il-post. B’hekk qed jappellaw biex issir pressjoni fuq il-forzi tal-ordni u l-awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu dan u b’hekk isalvaw din iż-żona.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com