Qtates Abbbandunati Jitħallew Għall-Mewt F’Għalqa… 3 Jirnexxielhom Isalvaw U 5 Jmutu Waħidhom

 Qtates Abbbandunati Jitħallew Għall-Mewt F’Għalqa… 3 Jirnexxielhom Isalvaw U 5 Jmutu Waħidhom

Mara li tgħix qrib għalqa sostniet kif tul dawn l-aħħar tlett ijiem semgħet qtates jingħu bil-ġuħ minn għalqa fil-qrib li kienet abbandunata.

Spjegat kif hi staqsiet lin-nies fiż-żona u allegat li qalulha li kemm-il darba għamlu rapport mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali iżda allegaw li dawn tawhom żewġ għażliet.

Spjegat kif l-għażliet li offrewlhom kienu li jew jagħtu donazzjoni lid-Dipartiment fejn dawn isellfulhom gaġġa biex jinqabdu l-qtates min-nies li ċemplu jew jieqfu jitimawhom biex b’hekk jitilqu waħedhom.

Ġara li din il-mara aċċessat l-għalqa fejn wara inspezzjoni minnha nfisha, sabet li kull ma kien fadal tlett iqtates f’xifer il-mewt u sabet ħamest iqtates oħra mejtin fl-għalqa stess.

Spjegat kif dawn it-tlett iqtates li nstabu ħajjin għandhom bżonn kura kif ukoll familji li lesti joffru l-għajnuna tagħhom u mħabba lejn qtates li tħallew għall-mewt waħidhom mingħajr ebda ċans li jgħixu u jfendu għal rashom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com