Jason Azzopardi Jallega Li L-Koħħu Semma Ministru B’Rabta Ma’ Każ Serju Ħafna
Il-membru Parlamentari Nazzjonalista u avukat tal-familja Caruana Galizia, Jason Azzopardi, allega li Ministru fil-Kabinett jinsab implikat f’reat serju li sar minn wieħed mill-akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Vincent Muscat ‘il-Koħħu.’
Jason Azzopardi ddikjara waqt programm nhar is-Sibt fuq 103FM li l-Prim Ministru Robert Abela ilu jaf minn Marzu tal-2020.
Hu allega li Abela kien jaf li membru mill-Kabinett – ”li mhux avukat” – kien implikat b’dan ir-reat minn Muscat, fit-talbiet tiegħu lill-Pulizija għall-maħfra Presidenzjali bi skambju għal informazzjoni dwar numru ta’ reati.
Azzopardi rrifjuta li jelabora dwar min hu l-allegat membru fil-Kabinett jew għal liema reat kien qed jirreferi għalih.