Bernard Grech u l-Għaqda Repubblika Jridu Jġibu 50 Immigrant F’Malta – Il-PL

 Bernard Grech u l-Għaqda Repubblika Jridu Jġibu 50 Immigrant F’Malta – Il-PL

Il-Partit Laburista sostna li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, flimkien mal-għaqda Repubblika li jifforma parti minnha, qed jappoġġjaw kawża biex jinġiebu f’Malta 50 immigrant li hemm fil-Libja u biex jiġi kkundannat il-Gvern Malti u l-Forzi Armati ta’ pajjiżna.

Fi stqarrija b’reazzjoni għall-kawża kostituzzjonali li nfetħet illum kontra l-Gvern Malti, il-Prim Ministru, il-Ministru għall-Intern, u l-Brigadier, il-Partit Laburista qal li din hija attakk ieħor fuq l-interess ta’ Malta u l-poplu ta’ pajjiżna.

Sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni, kelliem ewlieni f’attivitajiet tal-istess Repubblika, qed juri li hu kkontrollat minn Jason Azzopardi u dawk li għamluh Kap tal-Partit Nazzjonalista, minflok ma jkun fuq in-naħa tal-Maltin u l-Għawdxin.

Repubblika b’Kawża Kontra L-Gvern Biex Iġġib F’Malta 50 Immigrant Mil-Libja

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com