Trump Jieħu Azzjoni Legali Wara Li Ċ-Ċans li Jerbaħ L-Elezzjoni Presidenzjali Ċkien

 Trump Jieħu Azzjoni Legali Wara Li Ċ-Ċans li Jerbaħ L-Elezzjoni Presidenzjali Ċkien

Donald Trump u Joe Biden it-tnejn iddikjaraw li jinsabu fuq quddiem f’din it-tellieqa presidenzjali. Iżda min għandu l-akbar ċans li jservi bħala President għall-erbgħa snin li gejjin?

Żviluppi li saru fl-aħħar siegħat juru li ċ-ċans li Trump jkompli jservi bħala President tal-Amerika ċkien, u b’hekk jidher li Joe Biden għandu ċans akbar għal rebħa.

Jidher li Biden rebaħ l-istati ta’ Michigan u Wisconsin, żewġ stati maġġuri li kien rebaħ il-maġġoranza tagħhom Trump fl-elezzjoni tal-2016. Intant, għad qed jistennew aktar żviluppi dwar l-istat ta’ Pennsylvania. F’każ li Biden jerbaħ dawn it-tliet stati huwa awtomatikament ikun iddikjarat rebbieħ.

B’reazzjoni għal dan, Trump qed jieħu azzjoni legali u qed jgħid li għandhom jerġgħu jingħaddu l-voti ta’ diversi stati, speċjalment ta’ dawk li fihom huwa kellu maġġoranza li issa jidher li tilef.

Il-Maniġer tal-kampanija ta’ Joe Biden qalet li filwaqt li l-affarijiet qed jihru pożittivi ħafna għal Viċi President Amerikan Biden, l-għad tal-voti għadu għaddej u jidher li jista’ jibqa’ għaddej sa għada, b’hekk hija appellat għall-paċenzja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com