Din L-Iskola Tfakkar Il-Vittmi
Il-Kulleġġ ta’ Stella Maris fil-Ġżira, illum ifakkar it-traġedji illi seħħew f’Malta fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
F’dan il-jum, l-iskola teduka lill-istudenti tagħha fuq avvenimenti li ġraw fil-gwerra, fit-tbatijiet ta’ missirijietna u il-vittmi nnoċenti li ħalliet il-gwerra, fost dawn anki annimali. Din l-iskola ukoll intlaqtet mill-bombi qerrieda li attakkaw lil Malta bla ħniena.
Din is-sena qiegħdin isellmu ukoll lill-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, speċjalment dik pubblika, li qiegħdin jagħmlu xogħolhom b’tant dedikazzjoni, forsi ftit aktar mis-soltu, f’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija li għaddejjin minnhom.
Il-Kulleġġ għandu ukoll l-iscout group tiegħu, li ġie mwaqqaf f’Ottubru 1956. Illum jgħodd mal-85 membru.
Il-fakultà tal-iskola ppreparaw dan il-vidjo qasir sabiex ifakkru dawn il-ġrajjiet.