Tintemm Il-Ħidma ta’ Kevin Azzopardi Ma’ Northumberland FA

 Tintemm Il-Ħidma ta’ Kevin Azzopardi Ma’ Northumberland FA

Ritratt: Kevin Azzopardi TOM

L-ex direttur tar-referees lokali Kevin Azzopardi m’għadux jokkupa l-kariga ta’ Referee Development Officer fi ħdan l-assoċjazzjoni tal-futbol ta’ Northumberland. Ftit tal-ġimgħat ilu l-assoċjazzjoni kkomunikat ma’ dawk kollha nvoluti li fl-aħħar tnax-il xahar minħabba l-pandemija kellha tagħmel tibdil konsiderevoli fl-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Northumberland, bil-Bord tad-Diretturi ma’ jibqalux għażla oħra ħlief li jagħmel tibdil konsiderevoli fis-settur tal-ħaddiema.

L-FA qalet ukoll li din ir-reviżjoni ser tara lil, Rachel Carter, Kevin Azzopardi u Scott Flynn ser ikunu qed iħallu l-organizazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin fejn minn-naħa tagħha xtaqet tirringrazzja lil Carter, Azzopardi kif ukoll lil Flynn għall-impenn tagħhom lejn l-organizzazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com