Malta Tikkunsidra Quick Testing Għall-Popolazzjoni Sħiħa
Il-Ministeru Tas-Saħħa qiegħed jikkonsidra l-imsejħa Slovakia Experience. Tissejjaħ hekk għax l-Islovakkja diġà għamlet l-istess billi eżegwiet quick testing tal-popolazzjoni sħiħa tagħha li tammonta għal 5.6 miljun. Quick Testing speċifikament jinvolvi l-użu ta’ test rapidu tal-antiġen, fejn il-proċess jinvolvi sistema kumplessa ta’ testing u re-testing skont perċentwali li joħorġu mit-testing tal-popolazzjoni sħiħa.
Jekk dan kollu jseħħ, ħaddiema tas-saħħa jkunu jistgħu kemm jidentifikaw kif ukoll jiżolaw każijiet li ma jkunux juru sintomi imma li xorta waħda jġorru ‘l-marda fuqhom.
Meta WHO (World Health Organisation) ġiet mistoqsija dwar l-input tagħha dwar quick testing tal-popolazzjoni sħiħa, il-WHO sostniet li jekk il-pajjiż għandu din il-kapaċità li joħloq dawn it-tests tal-massa, mela wkoll għandu jkun ippreparat biex ifiehem sew lill-popolazzjoni sħiħa fuq x’jinvolvi eżatt dan il-proċess.
Ritratt: maltachamber.org