Fil-Covid-19: Il-Maltin Siefru L-Aktar lejn L-Italja
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Lulju u Settembru li għadda, is-safar tal-Maltin kien jammonta għal 51,855, jiġfieri tnaqqis ta’ 75.1 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur is-sena li għaddiet.
L-NSO qal li matul dawn ix-xhur aktar minn 16,500 siefru għal btala waqt li ftit aktar minn 27,000 oħra siefru biex jiltaqgħu mal-ħbieb u l-qraba li għandhom jgħixu barra l-pajjiż. Anke fi żmien ta’ pandemija u minkejja n-numru kbir ta’ każijiet, l-Italja baqgħet l-iktar destinazzjoni mfittxija mill-Maltin b’aktar minn 46 fil-mija tal-vjaġġi kollha li saru matul dawn ix-xhur.
L-Uffiċċju tal-Istatistika żied jinnota wkoll li l-infiq tal-Maltin naqas b’aktar minn 82% meta mqabbel mal-istess xhur is-sena li għaddiet u kien jammonta għal €35.2 miljun, jew medja ta’ €680 għal kull persuna.