Raġel Ta’ 31 Sena Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Ttajjar Minn Trakk
Indjan ta’ 31 sena li joqgħod l-Iklin, qed jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara li lbieraħ filgħaxija ttajjar minn trakk f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart fi Triq Dun Karm meta għal xi raġuni, it-trakk tal-għamla DAF FAD CF85, li kien misjuq minn Filippin ta’ 43 sena residenti Ħ’Attard, laqat lill-vittma.
Minnufih fuq il-post waslu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel.
Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.