Niġerjan Jintbagħat 9 Snin Ħabs wara li weġġa’ lil martu u lil sieħbu

 Niġerjan Jintbagħat 9 Snin Ħabs wara li weġġa’ lil martu u lil sieħbu

Keven Agbigbi, Niġerjan li joqgħod f’San Pawl il-Baħar ġie kkundannat disa’ snin ħabs wara li nstab ħati li darab lil martu Blessing Aloun u sieħbu Matthew Anoja b’daqqiet ta’ sikkina.

Il-każ seħħ f’April tas-sena l-oħra f’San Pawl il-Baħar, meta f’argument bejniehom, Agbigbi weġġa’ serjament lil sieħbu u lil martu b’mod ħafif b’daqqiet ta’ sikkina u ta’ ponn.

Wara li semgħet ix-xhieda, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marse-Anne Farrugia kkonkludiet li l-verżjoni tal-vittmi u ta’ xhieda oħra kienet aktar kredibbli u għalhekk bagħtitu disa’ snin ħabs. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas l-ispejjeż tal-Qorti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com