Grech Jgħid Li L-Politiċi Għandhom L-obbligu Jsaħħu L-Kunsilli Lokali

 Grech Jgħid Li L-Politiċi Għandhom L-obbligu Jsaħħu L-Kunsilli Lokali

“Kull min ikun fil-Gvern għandu mhux biss jemmen fil-Kunsilli Lokali iżda għandu wkoll l-obbligu li jżidilhom il-fondi u l-poteri tagħhom, anki fuq livell reġjonali, sabiex b’hekk tassew u fejn hu possibbli jkun hemm proċess akbar ta’ deċentralizzazzjoni sabiex il-Gvern ċentrali jiffoka aktar fuq livell nazzjonali.” Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta żar l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u kellu laqgħa mal-Kumitat Eżekuttiv immexxi mill-President Mario Fava.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li kulħadd għandu jkollu interess wieħed, ġenwin u komuni, biex dik il-lokalità li jkun qiegħed jirrappreżenta tkun aħjar mhux biss għar-residenti imma anki għal kull min ikun qiegħed iżurha u esprima s-sodisfazzjon tiegħu li fost il-pilastri promossi mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, hemm il-mobbiltà u l ispazju urban, u li dan jaqbel ħafna mal-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fuq livell nazzjonali.

Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jkun ta’ kontribut importanti fil-qasam tal-Kunsilli Lokali permezz tal-kunsillieri tiegħu imma anki permezz tar-rappreżentanti tiegħu fil-Kumitati Reġjonali sabiex nagħmlu l-lokalitajiet tagħna aħjar għar-residenti tagħhom u għal kull min iżurhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com