L-Aħjar 7 Kotba X’Taqra fil-Librerija tal-MGRM

 L-Aħjar 7 Kotba X’Taqra fil-Librerija tal-MGRM

Ġimgħa ilu, l-MGRM (Malta Gay Rights Movement) ħabbret il-ftuħ tal-librerija tagħha lill-pubbliku, fejn ser tkun qed toffri servizz ta’ tislif ta’ kotba.

Din il-librerija għandha xelta vasta u mreqqa li ddur madwar temi ta’ LGBTI+ u sesswalità, kemm f’kuntest letterarju, novelli grafiċi, u kif ukoll f’kuntest mhux fittizju. U anka tolqot diversi udjenzi differenti bħal tfal, adoloxxenti u adulti.

Il-Librerija bdiet tiftaħ minn din il-ġimgħa stess, kull nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis bejn it-tlieta u s-sitta ta’ filgħaxija. Il-prezz biex tabbona huwa ta’ 5 euro fis-sena, u għal dawk membri diġà f’din l-NGO, is-servizz huwa b’xejn.

Staqsejna lil MGRM liem huma l-aħjar 7 Kotba X’Wieħed Jista’ Jaqra minn din il-librerija tant bżonnha f’pajjiżna. Qalulna hekk:

1. 50 Queers Who Changed The World – D. Jones, M. Rosenthal

Jitkellem fuq diversi karattri prominenti fl-Istorja li llum saru ikoni tal-LGBTI+. L-influwenzi artistiċi u politiċi ta’ dawn in-nies ħallew impatt pożittiv fid-dinja ta’ madwarhom.

50 Queers Who Changed the World: A Celebration of LGBTQ+ Icons

2. Kliem ir-rih – Simon Bartolo

Kliem ir-Riħ huwa ktieb rebbieħ tal-ewwel edizzjoni (2009/2010) tal-Konkors Letterarju għal Rumanzi għaż-Żgħażagħ. L-istorja hija waħda mill-ftit stejjer bil-Malti ta’ żmienu  li jdur mat-temi u jinvolvi karattri omosesswali  L-istorja tgħid fuq kif sitt kollegi tal-klassi tal-Malti fis-6th Form li jafu li r-riħ se jġib miegħu il-mewt. Però ma jafux liema waħda jew wieħed minnhom se jmut.

Kliem ir-Riħ

3. And tango makes three – J. Richardson, P. Parnell

Din l-istorja llustrata hija mmirata għat-tfal fejn tirrakona storja ta’ żewġ pingwini rġiel li  jsiru koppja u jkabbru bejniethom fellus żgħir. Din hija storja vera li ġrat fis-Central Park Zoo.

And Tango Makes Three (Classic Board Books): Richardson, Justin, Parnell, Peter, Cole, Henry: 9781481446952: Amazon.com: Books

4. QDA: A Queer disability anthology – Raymond Luczak

48 stejjer, poeżiji, komiks u rakkonti ta’ vera minn awturi differenti li jesploraw u jirrikonoxxu vulnerabbiltajiet fiżiċi u anka mentali. Il-ktieb huwa ispirazzjoni mhux biss b’mod emottiv, imma anka jimbotta lejn  argumenti politiċi biex ikun hawn iktar għarfien ta’ ċertu sitwazzjonijiet.

 

QDA: A Queer Disability Anthology

5. Magna Mater – Loranne Vella

Storja li tirrakonta storja dwar tfajla omosesswali f’dinja futuristika. Dan il-ktieb inkiteb fl-2011 u d-dinja futuristika li tesplora Loranne hija tal-2020. Ħaġa tal-iskantament hu kif Loranne propju tiddeskrivi l-2020 bħala, “xejn mhu sejjer kif suppost fl-2020.”

 

Magna™ Mater - Merlin Publishers

6. Black on both sides: A racial history of trans identity – C.Riley Snorton

Dan il-ktieb jesplora l-identità trans qalb komunitajiet u etniċitajiet differenti matul dawn is-snin. Din ir-riċerka tuża diversi stejjer u testi minn ħafna tiżorsi minn mad-dinja kollha.

Black on Both Sides: A Racial History of Trans Identity

7. Heather has two mommies – L. Newman Leslea, L. Cornell

Din l-istorja tat-tfal li ħarġet fl-1989 kienet qalgħet kontroversja sħiħa. Illum dan il-ktieb huwa kkunsidrat bħala Classic f’din it-tema tal-LGBTI+. Dan il-ktieb jirrakonta storja fuq żewġ ommijiet omosesswali li jrabbu tifla jisimha Heather.

 

Heather Has Two Mommies

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com