Kienu Jgħidulu Li Qed Itella’ L-Imbarazz Fuq Il-Palk Għax Ħoxnin

 Kienu Jgħidulu Li Qed Itella’ L-Imbarazz Fuq Il-Palk Għax Ħoxnin

Ivan Gaffiero ilu fil-qasam tal-moda għal dawn l-aħħar 24 sena fejn tella’ bosta konkorsi differenti u li jappellaw għal kulħadd.

Meta beda l-konkorsi ta’ nies li għandhom sized ftit akbar, kienu jgħidulu li qed itella’ l-imbarazz fuq il-palk. Gaffiero qatt ma qata’ qalbu tant li sal-lum għadu jtella’ dawn l-ispettakli u għen ħafna nies jemmnu fihom nfushom.

Tenna magħna li ġieli ltaqa’ ma’ tfajliet li kienu jgħidulu li l-ġenituri tagħhom stess kienu jgħidulhom li m’humhiex tajbin għal din il-linja għaliex il-figura tagħhom ma tmurx.

Bis-saħħa tad-determinazzjoni tiegħu, Ivan għen ħafna nies jibdew jemmnu fihom nfushom fosthom lil Charmaine; omm ta’ żewġt itfal.

Tħobb ħafna timudella u fil-kompetizzjoni ‘plus sizes’ tħossha komda tant li anke rebħet diversi titli. Tirringrazzja dejjem lil żewħha Anton li jagħtieha s-sapport meħtieġ!

Kuraġġ, taqtgħux qalbkom. għixu ħajjitkom u emmnu fikom nfuskom. Kulħadd għandu d-dritt iwettaq il-ħolm tiegħu u jkun ferħan.

Ritratt: Charlton Buttigieg

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com