Stupru Fuq Tfajla ta 11-il sena: Ir-Raġel Mixli Se Jgħaddi Ġuri

 Stupru Fuq Tfajla ta 11-il sena: Ir-Raġel Mixli Se Jgħaddi Ġuri

Il-każ imur lura għall-2015 fejn raġel ta’ nazzjonalità barranija Christoph Doll ġie mixli bl-akkuża ta’ atti sesswali ma’ tifla ta’ ħdax-il sena. Dan l-att ta’ stupru fuq tifla minorenni ser jiġi llum mressaq mill-Ispettriċi Paula Ciantar u deċiż b’ġuri. L-Avukat Ġenerali qed iressaq lil mixli b’talba ta’ seba’ snin ħabs għal dan ir-reat.

It-tifla msemmija tgħid kif Doll sar ħabib tal-familja fejn ftit wara dawn qabdu jiċċetjaw fuq Facebook, fejn il-konversazzjonijiet eskalaw b’mod sesswali. Ġie rrapurtat ukoll kif it-tifla tgħid li kienet tmur fir-residenza tal-akkużat fir-Rabat fejn kienu jagħmlu diversi atti sesswali

Wara li t-tifla qatgħet il-kuntatt mal-mixli, din qalet lil ommha b’kollox, fejn tal-aħħar ipproċediet b’rapport l-għassa ġewwa r-Rabat.

Il-każ ser ikun qiegħed jiġi mmexxi mill-Imħallfa Consuelo Scerri Herrera.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com