Arloġġ Li Jaf Jibgħatek Għand It-Tabib Bla Bżonn

 Arloġġ Li Jaf Jibgħatek Għand It-Tabib Bla Bżonn

L-Apple Watch 4 seraq l-ispettaklu fl-avveniment tal- Apple f’Settembru, dan minħabba l-electrocardiogram (ECG) li fih.

L-FDA( Food and Drug Administration) wissiet li l-app ECG hija għal “użu informattiv biss” u “m’għandhiex tintuża minn persuni taħt it-22 sena.” Ir-regolatur innota wkoll li min għandu dan l-arloġġ m’għandux jieħu “azzjoni klinika” bbażata biss fuq il-qari tad-dejta ta’ dan l-arloġġ u għandu dejjem jikkonsulta ma ‘professjonist tal-kura tas-saħħa kwalifikat.

Xi esperti mediċi qalu wkoll li dawk li jilbsu l-Apple Watch jistgħu jkollom data falza mill-app, li jirriżultaw li jmorru bla bżonn għand it-tobba. L-Apple tenniet u żiedet, li l-karatteristiċi ta’ dan l-arloġġ żgur m’humiex għodod dijanjostiċi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com