Ġnien Aktar Aċċessibbli Għal Dawk Li Għal Bosta Snin Kienu Minsija.
Dr. Lydia Abela laqgħet b’sodisfazzjon ix-xogħol ta’ tisbieħ li sar fi Ġnien l-Ewropa f’Birżebbuġa fejn fuq facebook tagħha tenniet li issa, dan ser ikun aktar aċċessibbli għall-familji li jżuruh.
“B’dan il-mod ser ikun aktar aċċessibbli għall-familji ta’ dawk in-naħat ta’ pajjiżna, speċjalment dawk li għandhom tfal fuq il-firxa wiesgħa tal-awtiżmu u persuni b’diżabbilta’ li għal bosta snin kienu minsija.”
Nieħdu gost naraw proġetti ta’ inklużjoni u li minnhom igawdi kulħadd. Prosit tassew!