Il-Memorja Ma Tħassar Qatt It-Telfa Ta’ 5 Żgħażagħ F’Inċident Ikrah Li Seħħ 15 -Il Sena Ilu
Bħal-lum 15 -il sena ilu, il-poplu kien tbikkem meta sema’ bl-aħbar ta’ 5 żgħażagħ li tilfu ħajjithom f’wieħed mill-agħar jekk mhux l-agħar inċident tat-traffiku li qatt seħħ fil-gżejjer.
Il-5 żgħażagħ kienu kollha mill-Qrendi u kienu sejrin lura darhom għall-ħabta tas-12.45 ta’ filgħodu, meta l-vann li kienu fih, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt fit-triq li mir-Rabat tagħti għal Ħaż-Żebbuġ.
Iż-żewġ passiġġieri l-oħra wkoll ġarrbu ġrieħi; passiġġier minnhom gravi.
David Sacco, 13, Fabio Magro, 16, Marco Abdilla, 17, Oswaldo Emanuel Vella, 18, u Christian Camilleri, 18, mietu mad-daqqa.
Huma kienu qed jirritornaw minn attività bejn il-ħbieb fir-Rabat. kienu dilettanti tal-festa u membri tal-Kumitat taż-Żgħażagħ tal-Klabb tal-Banda ta’ Santa Marija.
Xtaqna permez zta’ dan l-artiklu, insellmu l-memorja ta’ dawn l-għeżież li tilfu ħajjithom f’età daqshekk żgħira.
Ritratt: Times of Malta