“Int Batejt Bħali F’Ħajtek… Imma Sibna Lil Xulxin – Ivan Gaffiero Lill-Maħbub Tiegħu
Illum Coman Robin Jack; il-maħbub tal-personalità Ivan Gaffiero qed jiċċelebra għeluq żmienu. Ivan għaddielu messaġġ li juri li meta l-bniedem jittama, isib il-kuntentizza.
Spiss Ivan Gaffiero tkellem pubblikament fuq it-turmenti li sofra tul ħajtu iżda qatt ma qata’ qalbu u nistgħu naqblu li huwa personalità ta’ suċċess. Coman Robin Jack għadda wkoll minn tbatijiet tul ħajtu imma llum, flimkien jissapportjaw lil xulxin.
“You suffered so much in your life, as did I in my past, but now you found me and I’ve found you”, kiteb Ivan. Wiegħedu li ser ikunu hemm għal xulxin fit-tajjeb u fil-ħażin sakemm il-mewt tifridhom.
Awguri lil Coman u lil Ivan tal-mod reali u onest li bih jitkellem.
Ritratt: Facebook/ Ivan Gaffiero