Stennija Kbira Għar-Riżultat Ufficjali Tal-JESC 2020 – Meta Se Jitħabbar Ir-Riżultat?
Wara l-għeluq tat-televoting fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision Song Contest 2020 lbieraħ f’nofsillejl, teżisti stennija kbira għar-riżultat uffiċjali.
Stradarjali.com tinsab informata li teżisti stennija kbira għar-riżultat wara li s’issa l-parteċipanti baqgħu ma ġewx informati meta se jkun qed jitħabbar ir-riżultat finali. Riżultat li għandu jiddetermina min se jkun qiegħed jirrappreżenta lil Malta fil-JESC f’Novembru li ġej.
Il-JESC ittella’ tmint ijiem ilu fejn il-kantanti ġew iġġudikati minn ġurija magħmula minn tliet membri. Il-vot tagħhom iġorr miegħu 50 fil-mija tar-riżultat waqt li l-50 fil-mija l-oħra se jiġi ddeterminat mill-vot popolari.
Intant dan is-sit huwa informat li tul il-jum tal-Ħadd kien bosta l-ġenituri tat-tfal li ċemplu lill-PBS jistaqsu meta se jitħabbar ir-riżultat, madankollu baqgħu bla tweġiba.
Ritratt: Eurovoix