Imut Anzjan Ta’ 71 Sena… Fl-Aħħar Jiem Irriżulta Negattiv Għat-Testijiet tal-Covid-19
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li jinsab infurmat li anzjan ta’ 71 sena miet waqt li kien każ attiv tal-Covid-19.
Fi stqarrija, il-Ministeru spjega li l-anzjan idaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta’ Settembru, u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19, fil-21 ta’ Settembru.
Spjega li matul dawn l-aħħar jiem irriżulta negattiv għat-testijiet tal-Covid-19, iżda minħabba s-sintomi relatati mal-Covid-19 li kien qed ibati bihom, l-awtoritajiet tas-saħħa xorta baqgħu jqisu dan il-każ bħala każ attiv tal-Covid-19.
L-anzjan li kellu kundizzjonjiet ta’ saħħa ulterjuri miet l-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.