Covid-19: 65 Każ Ġdid, 43 Ifiqu

Tul dawn l-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 65 każ ġdid ta’ Covid-19 minn 2,108 test swabs li saru.
Fl-istess waqt fiequ 43 persuna mill-virus, bit-total ta’ persuni mfejqa jitla’ għal 2,711.
It-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 455, filwaqt li t-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija f’Malta huwa ta’ 3,204.