“Fid-9 Ta’ Bil-Lejl Waħedna Qlajna L-Multa… Konna Waħedna Mal-Baħar” – Katia Desira
Katia Desira li hija midħla sew fil-qasam tal-ispettaklu f’pajjiżna uriet id-diżappunt tagħha għal dak li ġralhom hi u seħibha meta għal xi d-21.00 telgħu mill-baħar f’Għar Lapsi u “torċijiet tal-pulizija għamewhom biex jaraw kinux lebsin il-maskra.”
Saħqet li dak il-ħin ma kien hemm ħadd mal-baħar. Tkellimna magħha u qaltilna li l-pulizija xogħlhom qed jagħmlu imma ma tistax tifhem li f’post imwarrab bla nies, seħibha qala’ ċitazzjoni u f’okkażjoni kif rajna ftit jiem qabel fil-bajja ta’ San Ġorġ, jintqal fuq il-mezzi tal-midja soċjali li kemm tferrxu biss!
Għalhekk appellat lil kulħadd biex jilbes u jġorr maskra kullimkien u kull ħin irrispettivament fejn u jekk hemmx nies.
Ritratt: nds-malta.com