Għalxejn Qalulhom Bid-Distanza! Araw X’Ġara F’Birkirkara!
Mhux li qed taħsbu intom. Qed nirreferu għall-pasturi ta’ Pawlu u Terry Muscat minn Birkirkara. Il-Pasturi magħmulha b’mod tradizzjonali mit-tafal u li ġej żmienhom dalwaqt.
Għalkemm illum il-plastik seraq xi ftit ix-xena tal-pasturi tradizzjoni, din il-koppja ilha tagħmel dawn it-tip ta’ pasturi għal dawn l-aħħar 15-il sena.
Qalulna li n-nies reġgħu qed ifittexuhom għax donnu hawn għatx għal dak li hu tradizzjonali kif ukoll Malti. Fil-fatt, il-pubbliku malli jżurhom, spissa isaqsi għall-figuri purament maltin; dik tal-għonella, tal-pastizzi, il-kebbies tal-fanali, ix-xabbatur u pasturi oħra simili.
Tennew magħna li din is-sena jidher li diġà ser ikunu ftit affettwati minħabba l-pandemija għaliex in-nies jinsabu ftit aljenati fuq is-sitwazzjoni b’mod raġonevoli.
Aħna minn StradaRjali.com xtaqna nferrħuhom permezz ta’ dan l-artiklu ħelu ħalli ngħollulhom il-moral u wara kollox, nagħtu stima lil dak kollu li hu tradizzjonali Malti.
Żuruhom! Jinsabu fin-numru 221, Brared Street li tiġi t-Triq faċċata tal-għassa ta’ Birkirkara. Ejja ħalli nqajmu ftit l-ispirtu tal-Milied kif nistgħu. Kuraġġ!