“Il-Familja Mhux Dejjem Hija Kwistjoni Ta’ Demm…” – Dr. Nicholas Briffa
Bħala parti mill-messaġġi sbieħ u ta’ tagħlim li jpoġġi ta’ kuljum fuq il-paġna tiegħu l-psikologu, Dr. Nicholas Briffa, spjega kif il-familja mhux dejjem hija kwistjoni ta’ demm.
Spjega kif il-familja huma dawn in-nies li jriduk f’ħajjithom u li jriduk kif inti.
Fl-istess messaġġ hu qal kif il-familja tista’ tqis lil dawk li jagħmlu minn kollox biex iġegħluk titbissem u li jħobbuk mingħajr kundizzjonijiet.