Inagwurata L-Iskola Primarja L-Ġdida Tal-Qawra
Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-iskola Primarja l-ġdida tal-Qawra b’investiment ta’ €13-il miljun. Din l-iskola tagħmel parti mill-Kulleġġ Maria Regina. Spjega li din l-iskola hija parti mil-legat ta’ dan il-Gvern u li qed jiġi inawgurat fi żmien fejn l-istudenti ilhom ‘il bogħod minn fuq il-bank tal-iskola għal aktar minn 6 xhur.
Din l-iskola hija mgħammra b’sala u anke faċilitajiet sportivi li jistgħu jintużaw mill-komunità tal-Qawra. Taħt din l-iskola hemm ukoll żewġ sulari ta’ parkeġġ li jilqa’ fih 400 karozza. L-ilma kollu tax-xita ser jkun qed jinġabar f’numru ta’ ġibjuni biex ikun jista’ jerġa’ jintuża. F’ull klassi l-istudenti se jkunu fil-kumdita tal-arja kkundizzjonata.