Irlandiża ta’ 70 Sena Li Kellha l-Covid Darbtejn Tgħid Li L-Għasel ‘Manuka’ Għenha Tiġġieled Il-Virus

 Irlandiża ta’ 70 Sena Li Kellha l-Covid Darbtejn Tgħid Li L-Għasel ‘Manuka’ Għenha Tiġġieled Il-Virus

Irlandiża li kellha l-isfortuna li jaqbadha darbtejn il-virus tal-Covid-19, f’żewġ okkażjonijiet differenti, qalet kif kienet tieħu doża regolari ta’ għasel ‘Manuka’ u li kien dan li għenha tiġġieled lil dan il-virus li seta’ kien fatali.

Angela Flanagan, li tgħix f’Eltham f’Londra, tkellmet ma’ The Irish Post, u qaltilhom kif damet tliet ġimgħat sakemm għaddielha għal kollox meta spiċċat bil-Covid lura f’Marzu.

Iżda kien lura f’Mejju li reġa’ qabadha l-Covid, bis-sintomi kienu ferm inqas mill-ewwel darba li kienet ma’ tiflaħx.

L-anzjana ta’ 70 sena spjegat kif hi tinsab kuntenta li għat-tieni darba rnexxielha tirbaħ lil dan il-virus u tqis lilha bħala fortunata ħafna hekk kif kellha l-pnewmonja darbtejn bħala tifla u hi ażmatika.

Qalet kif ħadd mill-familja tagħha ma ħaseb li se jirnexxielha ssalva, u anke hi kienet inkwetata iżda permezz ta’ persistenza u kif ukoll l-għasel ‘Manuka’, hi temmen li kien grazzi ta’ hekk li rnexxielha tgħaddi minn dan kollu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com