Minn Kesħa Għal Temperatura Aktar Sħuna

Minkejja l-kesħa u r-riħ kiesaħ, it-temperatura mistennija togħla xi ftit mil-lum sa’ nhar il-Ħamis.
Dan hekk kif kien prevvist skond il-paġna It-Temp Madwarna, it-temperatura waqgħet notevolment kawża għall-front b’saħħtu t’arja kiesħa li daħal fiċ-ċentru tal-Mediterran mill-Atlantiku.
Iżda t-temperatura se tibda tisħon xi ftit mil-lum, u mbagħad mistennija tilħaq is-26°C nhar il-Ħamis kawża ta’ kurrenti iżjed sħan min-Nofsinhar.