“Morru Sparaw Fuq Ian Borg, Nassigurak Li Tieħu Iktar Sodisfazzjoni Milli… ” – Għadna Nsibu Kummenti Hekk Fl-2020?

 “Morru Sparaw Fuq Ian Borg, Nassigurak Li Tieħu Iktar Sodisfazzjoni Milli… ” – Għadna Nsibu Kummenti Hekk Fl-2020?

Kumment xejn pjaċevoli ġera’ sew fuq facebook fejn persuna kkumentat u qalet “morru sparaw fuq Ian Borg, nassigurak li tieħu iktar sodisfazzjoni milli toqtol għasfur daqs naqa biex tieklu”. Dlonk beda jkun ixxerjat fejn il-persuna saħqu li dan huwa hate speech.

Min-naħa tiegħu il-persuna wieġeb: “Jien m’għandix armi fuqi l-aħwa. Qatt ma ħadt sodifazzjon nispara fuq xi ħaġa, tieħdu l-affarijiet wisq bis-serjetà meta xi ħadd joffendielkom xi ministru, imbagħad taraw art twelidkom tinqered biex jimtlew il-bwiet ta’ erba’ min-nies u malajr iċċapċpu.

Taħsbu li hu lok li jinkiteb diskors hekk? Taħsbu li forsi biex jispjega punt uża dak l-eżempju? Mill-banda l-oħra, taħsbu li għandu raġun il-persuna meta jgħid li art twelidna qed tinqered?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com