“…Nirċievi Telefonata B’Leħen Maqsum Mingħand Ibni… Qalli Da Larkin Għadu Kif Telaqna Issa”

 “…Nirċievi Telefonata B’Leħen Maqsum Mingħand Ibni… Qalli Da Larkin Għadu Kif Telaqna Issa”
“Kmieni dalgħodu nirċievi telefonata b’leħen maqsum mingħand ibni Damian mill-Ġappun. Qalli “da. Larkin għadu kif telaqna issa”. Issummani u bkejt u anke jien u nikteb dan il-kliem għajnejja huma mimlija dmugħ”, kiteb John Busuttil fuq il-facebook tiegħu.
Tenna kif għalkemm qatt ma ltaqa’ personalment miegħu, il-familja ta’ Larkin kienet u għadha tagħmel parti mill-familja tiegħu u jqis lill-ibnu Damian bħala ħuħ.
“Tant li kien hu li ċempilli dalgħodu eżatt kif għalaqt għajnejk għall-aħħar darba. Larkin il-ftit snin li gawdejt din il-ħajja apparti għall-mumenti li qattajt l-isptar, qattajt ħajtek dejjem titbissem.”
Sejjaħ lil Larkin bħala żagħżugħ mimli pozittivita u li bla dubju li se jibqa’ fil-memorja ta’ kull min jafu speċjalment ta’ missieru Emanuel.
“Kondoljanzi ħbieb tiegħi u addio Larkin”, temm jgħidlu John.
Minn StradaRjali.com nixtiequ nwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari…

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com