“Ommi Ilha Xahrejn L-Isptar… Laqtet Il-Virus U Issa Qed Nibża’ Naħslilha l-Ħwejjeġ”
“Ommi ilha xahrejn l-isptar u issa laqtet il-virus tal-Covid-19. Daħlet l-isptar mhux għax kienet pożittiva għall-virus iżda għal operazzjoni li kellha tagħmel. …hi tridni naħslilha l-ħwejjeġ, iżda qed nibża’ li ttini xi ħwejjeġ infettati.”
Hekk bdiet tirrakkonta omm ta’ żewġt itfal li fetħet qalbha fuq grupp dwar is-sitwazzjoni li għaddejja minnu bħalissa.
Spjegat kif minkejja li hi kuntatt man-nies ftit qed ikollha hekk kif qed taħdem bit-teleworking, qed tibża’ ħafna li xorta tispiċċa ġġorr id-dar il-virus b’xi mod jew ieħor.
Hi qalet li tmur tara lil ommha darbtejn fil-ġimgħa, minkejja li ommha qed tippretendi li tmur taraha kuljum u kif riċentament setgħet tibda tmur taraha, hekk kif issa għadu kif ħareġ l-iswab test ġdid li hu negattiv u għalekk l-isptar seta’ jħalli qraba jżuruha.
Qalet kif ommha, minkejja li qed tingħata x’tilbes mill-isptar stess, tixtieq lil bintha taħslilha ħwejjiġha u kif issa hi qed tibża’ tieħu l-ħwejjeġ ta’ ommha d-dar hekk kif tibża’ li jkunu infettati. Esprimiet id-diżappunt tagħha hekk kif ommha ma tistax tifhem dan il-fattur u kif din qed toħolqilha aktar biża’ dwar sitwazzjoni li diġá ġebditha f’kull direzzjoni biex takkomoda kemm lil ommha u kif ukoll lill-familtha.
Kienu bosta li kkummentawlha u qalulha biex għal dan il-perjodu għandha tieħu paċenzja b’ommha hekk kif għandha tifhem minn liema esperjenza għaddiet minnha, speċjalment jekk għamlet xahrejn ma setgħet tara lil ħadd.
Spjegawlha kif għandha tgħożż dawn il-mumenti anke jekk huma diffiċli hekk kif għandha tirringrazzja l-fatt li ommha għaddielha b’wiċċ il-ġid.
Iżda oħrajn fehmu s-sitwazzjoni tagħha u qalulha biex tipprova tispjega lil ommha s-sitwazzjoni preżenti tagħha u kif it-tnejn li huma għandhom isibu kompromess għal din is-sitwazzjoni.