Raġel Arrestat B’Rabta Ma’ Feriment Ilbieraħ Fl-Imsida
Somalu ta’ 31 sena qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ feriment li kien hemm ilbieraħ fl-Imsida.
Għall-ħabta tal-22.15, Etjopjan ta’ 36 sena residenti l-Imsida, daħal jirraporta fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida, li kien ġie aggredit b’arma li taqta’ u bil-ponta minn raġel ieħor waqt argument li nqala f’ħanut tax-xorb fi Triq il-Makna Tas-Serrar.
Pulizija tad-distrett (RIU) u anke mill-iskwadra tar-reati vjolenti marru minnufih fuq il-post fejn wara li ġie kkonfermat ir-rapport, bdiet it-tfittxija għar-raġel involut fl-agressjoni. Ir-raġel ġie arrestat ftit tal-ħin wara.
Il-vittma ttieħed l-isptar b’ambulanza u kien iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin