Stan Ixomm 84 Pakkett Bi Ġlud Ta’ Għasafar Imgeżwra Fit-Tejp Għand Il-MaltaPost

 Stan Ixomm 84 Pakkett Bi Ġlud Ta’ Għasafar Imgeżwra Fit-Tejp Għand Il-MaltaPost

Waqt l-iskrinjar tal-pakketti mit-taqsima tal-klieb fil-faċilità tal-għażla tal-MaltaPost, Stan, wieħed mill-klieb f’din it-taqsima xamm oġġetti li setgħu kienu illeċiti li jiġu importati permezz tal-posta.

Matul dawn l-ispezzjonijiet, Stan ta reazzjoni pożittiva għal pakkett kbir. Kien hawn li l-uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fil-posta ta’ Malta li skoprew 84 ġilda ta’ għasafar imgeżwer fit-tejp.

Bil-każ ġew informati l-uffiċjali tal-ERA waqt li l-oġġetti ġew maqbuda u miżmum mid-Dwana sakemm isiru l-investigazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com