Tappella Lin-Nies Biex Ma Jibżgħux Isemmgħu Leħinhom Permezz Ta’ Kanzunetta

Wara tmintax-il xahar ta’ taqtigħ il-qalb, il-kantanta Jessica Magro fl-aħħar tista’ tgħid li ħarġet il-kanzunetta b’filmat mużikali mill-isbaħ bl-isem ta’ ‘Break the Silence’.

Il-kantanta spjegat kif huma bosta persuni li jibżgħu jgħidu dak li jaħsbu hekk kif jibżgħu li jiġu ġġudikati, u hi kienet waħda minn dawn il-persuni. Spjegat kif l-esperjenza għallmitha biex dejjem taqbeż għaliha nnifisha u għalekk riedet toħloq kanzunetta li tirrifletti proprju dan.

Din il-kanzunetta li nkitbet minn Magro stess għandha messaġġ b’saħħtu dwar kif wieħed għandu dejjem jemmen fih innifsu u dwar kif wieħed għandu jħossu liberu li jesprimi ruħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com