Arrestati Wara Li Allegatament Kienu Qed Jittraffikaw Id-Droga Fid-Daħla Tal-Belt

 Arrestati Wara Li Allegatament Kienu Qed Jittraffikaw Id-Droga Fid-Daħla Tal-Belt

Żewġt irġiel wieħed ta’ 34 sena u ieħor ta’ 38 sena, dalgħodu ġew arrestati mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt, b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga.

Huma ġew arrestati għall-ħabta tal-4.30 a.m. wara jiem ta’ sorveljanza, fuq informazzjoni li l-irġiel allegatament kienu qegħdin jittraffikaw id-droga fid-daħla tal-Belt,

Huma twaqqfu mill-Pulizija f’parkeġġ fi Triq Sarrija, il-Furjana.

Minn tfittxija li saret, fuq ir-raġel ta’ 34 sena li joqgħod Bormla u fil-vettura tiegħu nstabu madwar 25 qartas b’sustanza aktarx droga eroina.

Fuq ir-raġel ta’ 38 sena, li joqgħod Ħal Tarxien, ġie elevat qartas b’sustanza x’aktarx droga sintetika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Doreen Clarke li ordnat inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com