Ara Kemm Għandek Bżonn Irqad Jekk Inti Mara!

 Ara Kemm Għandek Bżonn Irqad Jekk Inti Mara!

L-irqad huwa parti importanti f’ħajjitna u għas-saħħa inġenerali tagħna. Meta nkunu reqdin, ġisimna jfejjaq lilu nnifsu u għalhekk bżonnjuż ħafna.

Huwa rrakomandat li norqdu 8 sigħat kuljum, iżda dan jidher li m’huwiex biżżejjed għan-nisa, skont studji xjentifiċi. L-istudji saru fi Duke University li kkonkludew li nuqqas ta’ rqad hu konness ma’ stress psikoloġiku, riskju akbar ta’ mard tal-qalb u dijabete. U dan ir-riskju huwa akbar għan-nisa.

Li torqod biżżejjed huwa tajjeb għall-ġilda sabiex tidher aħjar. Ikollok ukoll memorja aħjar u tiżdied il-kreattività. L-aħjar ħaġa għal min hu atleta huwa l-irqad, għaliex ikollok inqas għejja u iktar stamina. L-attenzjoni tiżdied, speċjalment fit-tfal, ikun hemm anqas riskju ta’ ADHD.

Jekk ser tippjana xi dieta sabiex tonqos, importanti li tippjana l-irqad ukoll. Meta torqod tajjeb, hemm ċans li tirqaq iżjed. Meta nħossu n-ngħas, il-ġisem jipproduċi ormoni li jqabbduna l-aptit tal-ikel. L-irqad inaqqas ukoll l-istress, u b’hekk itejjeb il-kwalità tal-ħajja.

Irridu niftakru li fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, l-irqad huwa essenzjali biex ġisimna u moħħna jaħdem aħjar.

Għeżież qarrejja, ejja nidraw nisimgħu minn ġisimna, u jekk għandna bżonn norqdu, ma nħossuniex li qed nitgħażżnu, iżda qed nagħmlu tajjeb għal saħħitna!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com