Araw X’Diġà Għamel Joe Biden Sa Issa…
Il-President Elett Joe Biden qed jipprepara tim ġdid biex jikkombatti l-Covid-19 fl-Istati Uniti u biex iġib taħt kontroll din is-sitwazzjoni li tinsab ftit f’kaos fil-pajjiż.
Din tidher li se tkun l-ewwel biċċa xogħol li Biden beħsiebu jagħmel hekk kif rebaħ l-elezzjonijiet presidenzjali. B’kollox, fl-Istati Uniti mietu 237,000 persuna bil-Covid-19; l-akbar ammont f’pajjiż fid-dinja. Mentri Trump kien qed issejjaħ lil dan il-virus bħala farsa u gidba.
Għalkemm il-President il-ġdid ma jidħolx fil-White House qabel l-20 ta’ jannar 2021, diġà twaqqaf tim transitorju biex jibda jaħdem f’dan ir-rigward ħalli l-azzjonijiet jibdew jittieħdu mill-ewwel, appena jieħu l-ġurament.
Ritratt: Sky News