Argumentaw Fil-Mosta U Spiċċaw Il-Klinika

Ilbieraħ għall-ħabta tat-20.30, il-pulizija kienet infurmata li kien hemm argument bejn żewġ persuni quddiem blokka t’appartamenti.
Dan ġara fi Triq il-Ħuttaf fil-Mosta bejn raġel ta’ 47 sena u ieħor ta’ 31 sena fejn spiċċaw kellhom imorru fl-eqreb klinika, tant li r-raġel ta’ 31 sena kien iċċertifikat li weġġa’ gravi waqt li l-ieħor, sofra minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.